Imut ħu l-President Donald Trump

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar ilbieraħ li ħuh iż-żgħir, Robert, miet fl-età ta’ 71 sena.

F’siti internazzjonali kien irrappurtat kif il-president żar lil ħuh li kien qiegħed rikoverat fi sptar fi New York jum qabel ma miet. Hu kien qal lill-midja li ħuh kien għaddej minn perjodu diffiċli. Għadu mhux ċar x’kienet eżatt ir-raġuni tal-mewt ta’ Robert Trump.

Trump jiddeskrivi lil ħuh bħala l-akbar ħabib tiegħu. Sostna li l-memorja tiegħu se jara li jżomma ħajja f’qalbu għal dejjem. Iben Trump, Eric, iddekriva lil zijuh bħara raġel inkredibbli, b’saħħtu, ta’ qalb tajba u leali.

Robert kien l-iżgħar fost il-ħamest aħwa u twieled sentejn wara Donald Trump. L-ewwel wild ta’ Fred u Mary Anne Trump, Fred Jr, kien miet fl-1981.