Imut Gregory Tyree Boyce ta’ Twilight

Ritratt: Instagram

Gregory Tyree Boyce, l-attur li ħadem fil-film Twilight u l-ħabiba tiegħu ta’ 27 sena nstabu mejta fl-appartament tagħhom f’Las Vegas fit-13 ta’ Mejju. Il-kawża ta’ mewthom għadha mhux magħrufa u għad trid issir l-awtopsja fuqhom. Boyce kellu 30 sena.

Bħala attur Boyce kien magħruf għall-irwol tiegħu fl-ewwel parti tas-sensiela ta’ films ta’ Twilight fl-2008 fejn ħadem il-parti ta’ Tyler Crowley li kien xeħet għajnejh fuq Bella Swan, karattru interpretat minn Kristen Stewart.

Deher ukoll fil-film Apocalypse fl-2018.

Qabel ma mietu Boyce u Adepoju kienu qed jirranġaw post biex jibdluh f’ristorant. Fil-fatt omm l-attur kienet faħħritu bħala “l-aqwa chef.” Wara mewtu Lisa Wayne kitbet li “Jien marida mingħajrek. Imqattgħa bl-uġigħ.”

Boyce kien mar joqgħod f’Las Vegas biex jieħu ħsieb ommu, iżda kien mur ħafna drabi f’Los Angeles biex jara lil bintu Alaya ta’ 10 snin.

Adepoju ħalliet warajha tifel żgħir, Egypt.