Gowlkiper imut waqt logħba fl-Indoneżja

It-tim mill-Indoneżja Persela Lamongan jinsabu xxukkjati wara li l-gowlkiper tagħhom Choirul Huda miet ħabta u sabta waqt logħba li t-tim tiegħu lagħab kontra Semen Pedang.
Hu waqa’ fil-grawnd wara li mar jimblokka plejer avversarju u l-impatt tant kien qawwi illi ntilef kompletament minn sensih.
L-istaff mediku tal-klabb mal-ewwel marru jagħtu l-ewwel għajnuna iżda kien tard wisq għax kif kien ser jasal l-isptar tilef il-battalja tiegħu kontra l-mewt.
Il-konferma tal-mewt tiegħu waslet mill-kowċ ta’ PerselaAjiSantoso illi deher viżibbilment emozzjonat.
Huda kellu 38 sena u dejjem lagħab mal-istess klabb ta’ Persela fejn lagħab total ta’ 503 partiti.