Imut Gordon Hewitt, voluntier tad-Dar tal-Providenza

Gordon Hewitt, voluntier tad-Dar tal-Providenza, miet aktar kmieni llum. Il-funeral tiegħu ħa jsir għada l-Erbgħa fil-Knisja Parrokjali tas-Siġġiewi fit-3.30pm.

Għal Gordon, id-Dar tal-Providenza kienet it-tieni dar u kien jirreferi għaliha bħala “l-aktar post hieni fejn kulħadd jidħak”. Gordon kien jaħdem mar-residenti b’impenn kontinwu sakemm saħħtu ippermettiet. Ħafna mix-xogħlijiet li kien jagħmel matul il-ġurnata kienu jinvolvu ħruġ tar-residenti mal-ġonna tad-Dar tal-Providenza u kien attiv f’diversi attivitajiet organizzati għar-residenti.
Huwa kien jistqarr li l-aqwa rigal li tista’ tagħti lil ħaddieħor huwa ħinek.

F’ Diċembru li għadda, Gordon Hewitt irċieva l-Unur Mons. Azzopardi 2020 għad-dedikazzjoni tiegħu bħala voluntier.