Imut Gerry Marsden tal-kanzunetta You’ll Never Walk Alone

Gerry Marsden

Tħabbret il-mewt tal-kantant Gerry Marsden tal-grupp Gerry and the Pacemakers. Huwa miet fl-età ta’ 78 sena wara marda qasira li wasslet għal infezzjoni f’qalbu.

Il-kantant kellu l-ewwel operazzjoni f’qalbu fl-2003 u fl-2016 kellu operazzjoni oħra. Kien iżda dan l-aħħar li sofra minn xi kumplikazzjonijiet.

Il-kantant jibqa’ magħruf l-aktar għall-kanzunetta You’ll Never Walk Alone.

Il-kantant kien ilu miżżewweġ mill-1965 ma’ Pauline u kellhom żewġt ulied, Yvette u Victoria.