Imut Fredu Borg resident fid-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza ħabbret li wiħed mir-residenti miet aktar kmieni llum.

Fredu Borg ilu jgħix fid-dar tal-Providenza għal dawn l-aħħar 45 sena.

F’post fuq il-paġna tad-Dar tal-Providenza fuq Facebook, Fredu ġie deskritt bħala persuna li għandha karattru sabiħ u jħobb jinvolvi ruħu f’kollox.

L-interessi ta’ Fredu kienu it-tafal, it-tpinpija, li joħroġ u jiltaqa’ man-nies.

Fredu kien wieħed mir-residenti li flimkien mar-residenti l-oħra ltaqa’ personalment mal-Papa Franġisku f’udjenza privata f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tad-Dar.

Id-dettalji tal-funeral ta’ Fredu se jkunu qegħdin jitħabbru aktar tard.