Imut Fred Bongusto fl-età ta’ 84 sena

Una Rotonda sul mare bla dubju li tibqa’ bħala l-kanzunetta l-aktar popolari tal-kantant Fred Bongusto li għadu kif tħabbar li miet aktar kmieni dalgħodu.

Imwieled f’Campobasso nhar is-6 ta’ April 1935, kien wieħed mill-kantanti li għamel ħoss fis-Snin 60 u 70.

Kien beda jkanta mal-grupp I 4 Loris u l-ewwel kanzunetta ta’ success li kellu bħala solista kienet Bella Bellissima (1962). Wara segwew ukoll siltiet li ġew inklużi fis-soundtrack Vaghe stele dell’Orsa ta’ Luchino Visconti.

Fis-Snin 80 Bongusto ħa sehem ukoll f’xi edizzjonijiet tal-festival ta’ Sanremo.

F’dawn l-aħħar xhur Boongusto kellu problem f’saħħtu.

Il-funeral ta’ dan l-artist se jsir nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru fit-3pm fil-Bażilika ta’ Sanat Maria, f’Montesanto, magħrufa bħala l-Knisja tal-artisti.