Il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà ħabbret il-mewt ta’ Fr Alfred Darmanin SJ.
Fr Alfred Darmanin, Ġiżwita ta’ kontribut importanti fil-qasam tal-Psikoloġija f’Malta.
Il-Fakultà qalet li Fr Alfred Darmanin kien ħabib ta’ vera għal ħafna u kien ukoll tutur u lettur għal bosta studenti f’din il-fakultà.
Fr Darmanin huwa psikologu u akkademiku. Huwa kien introduċa l-Baċellerat fil-Psikoloġija fl-Università ta’ Malta. Huwa studja fil-Kulleġġ San Albert u fl-Università ta’ Leuven fi Brussell, fl-Università ta’ Gonzaga f’Washington, fl-Università Gregoriana f’Ruma, l-Università tal-Istat ta’ Michigan u fl-Università ta’ Berkeley f’Kalifornja.
Huwa kellu Baċellerat fil-Matematika, l-Filosofija, it-Teoloġija u l-Psikoloġija.