Imut fir-raba’ jum tal-honeymoon

Raġel ta’ 31 sena miet b’kanċer fil-pulmun waqt li kien għall-qamar il-għasel mal-imħabba ta’ ħajtu. Martu Aimee spiċċat armla wara tmint ijiem.

Kollox ġara meta Aimee u Alan Simms, kienu Cape Verde, u għall-ewwel ħasbu li kellu food poisoning.  Imma l-kundizzjoni tiegħu bdiet sejra mill-ħażin għall-agħar u miet fi klinika hemmhekk stess.

Minn awtopsja rriżulta li miet b’kanċer minkejja li ma kellu l-ebda sinjali jew sintomi tal-marda.

Aimee ma tistax temmen kif f’temp ta’ 12-il siegħa, minn persuna normali, żewġha nbela’ mill-marda.