Imut esploratur waqt li jipprova jikser rekord

L-esploratur Ingliż Henry Worsley miet waqt li kien qed jipprova jikser rekord dinji.
Worsley, ta’ 55 sena, kien fadallu 30 mil biss wara 71 ġurnata jimxi biex ikun l-ewwel persuna fid-dinja li taqsam, weħidha, l-Antartika.
Martu Joanna, mid-dar tagħhom f’Londra, qalet li żewġha miet minħabba li ċedew l-organi.
Nhar il-Ġimgħa, l-atleta ttieħed l-isptar minħabba li ġismu kien eżawrit u minħabba nuqqas ta’ idratazzjoni.
Worsley kien laħaq ġabar 100,000 lira sterlina (jew €131,000) biex jgħin membri ta’ korpi dixxiplinati li jkunu ndarbu.
Fir-Renju Unit mill-ewwel bdew ħerġin reazzjonijiet ta’ niket, fosthom mill-Prinċep William u mill-futboler David Beckham.