Imut Ennio Morricone; kellu 91 sena

Matul il-lejl li għadda miet fl-età ta’ 91 sena il-kompożitur Ennio Morricone li wassal għadd kbir ta’ kompożizzjonijiet għal bosta films taċ-ċinema bħal A Fistful of Dollars, Mission, Once Upon A Time in America, Nuovo Cinema Paradiso u Malena.

Il-mużiċist, rebbieħ ta’ bosta unuri fosthom l-Oscar, miet fi klinika privata f’Ruma isofri minn kumplikazzjonijiet wara waqgħa ftit tal-ġranet ilu.

Matul il-karriera tiegħu hu rebaħ ukoll tlett Grammy Awards, tlett Golden Globe Awards, sitt BAFTA Awards u numru kbir ta’ unuri oħra.

Kelliem għal dan il-mużiċist qal li l-mara ta’ Morricone kienet miegħu sal-aħħar nifs ta’ ħajtu, filwaqt li ħabbar ukoll li l-funeral se jsir b’mod privat, bl-istess mod li Morricone kien għażel li jgħix ħajtu minkejja s-suċċessi kbar madwar id-dinja.

Strieħ fis-sliem.