Imut Elia Borg Bonaci; “Il-ħanut mhux se jkun l-istess mingħajrek”

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Elia Borg Bonaci, li għal snin twal kien magħruf fl-industrija tal-catering f’Malta permezz ta’ Elia Caterers u għall-kafetterija tiegħu Elia Cafè.

In-neputijiet tiegħu Jeanette Pace u Nicholas Borg Bonaci ħabbru l-mewt tiegħu permezz ta’ posts fuq Facebook. Pace qalet li l-ħanut, li fih qatta’ parti kbira minn ħajtu Elia, mhux se jkun l-istess mingħajru.

Our dear uncle Elia today passed away. He will be sorely missed by family and friends. The shop in which he spent a big…

Posted by Jeanette Pace on Wednesday, May 13, 2020

Elia huwa wieħed fost ħamest aħwa li ħadu n-negozju ta’ missierhom, li kien beda flimkien ma’ martu fl-1953 u żviluppawh f’dak li hu llum. Kull min iżur il-ħanut tagħhom fil-Ħamrun, dejjem se jsib lil xi ħadd tal-familja, hekk kif in-negozju dejjem baqa’ f’idejn il-familja li bdietu b’tant għożża.

Bosta se jibqgħu jiftakru l-memorja ta’ Elia, mhux biss jekk kien dak li b’xi mod jew ieħor qdihom meta marru għall-kafè u xi pasta fil-ħanut Elia Cafè, iżda wkoll għall-għexieren ta’ tiġijiet u festini li ordnaw l-ikel u l-ħelu tagħhom mingħand dan in-negozju Malti.

My uncle Elia Borg Bonaci passed away last night. He was an exemplary husband, father and grandfather. He will be missed…

Posted by Pawlu Borg Bonaci on Thursday, May 14, 2020