Imut Eks MP tal-PN

Read in English.

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Micheal Bonnici eks Deputat Nazzjonalista u eks Deputat Speaker. Huwa kellu 74 sena.

Michael Bonniċi twieled u għex Ħaż-Żebbuġ u  kien jaħdem għall-ġid tar-residenti Żebbuġin mingħajr ma jħares lejn il-kulur politiku tagħhom.

Jean Pierre Debono fuq Facebook qal li kien ġentlom ta’ qalb kbira u kien jgħin liż-Żebbuġin kemm fuq livell poitiku kif ukoll bħala spiżjar.

Telfa kbira ghal Haz-Zebbug u z-Zebbugin. Ghadni kif gejt infurmat li ghadda ghall-hajja ta' dejjem l-ex Deputat Speaker…

Posted by Jean Pierre Debono on Wednesday, May 29, 2019

Alex Perici Calascione rringrazzjah għall-ħidma tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista u qal li kellu reputazzjoni impekkabbli.

Strieh fis-Sliem Michael. Grazzi tal-hidma serja, diligenti u integra tieghek fi hdan il-Partit. Xi kultant fil-hajja…

Posted by Alex Perici Calascione on Wednesday, May 29, 2019