Imut eks kunsillier ta’ Ħaż-Żebbuġ; “Ġenwinissimu, edukatur mill-aqwa”

Miet Philip Said, eks kunsillier ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Il-komunità Żebbuġija kellha kliem ta’ tifħir x’tgħaddi fuq l-eks għalliem. Sejħulu “edukatur mill-aqwa” u qalu li ddedika l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu għat-tagħlim tat-tfal u ż-żgħażagħ.

Is-sena li għaddiet, huwa ngħata Ġieħ Ħaż-Żebbuġ talli serva f’ħames amministrazzjonijiet bħala kunsillier, għal 17-il sena. Bosta kitbu fuq ix-xogħol siewi li wettaq f’din il-kariga, li skonthom, kien jagħmlu “bla daqq ta’ trombi.” Said kien kunsillier sa Ġunju li għadda.

Huwa kien ukoll kburi bil-patrimonju tar-raħal, u ħareġ xi pubblikazzjonijiet fuq l-istorja ta’ Ħaż-Żebbuġ, fosthom il-ktieb Ir-rabta ta’ Bieb De Rohan ma’ Ħaż-Żebbuġ.

Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ qed iwassal il-kondoljanzi lill-familja ta' Philip Said li għadu kemm ħalliena. Philip Said…

Posted by Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ on Sunday, January 26, 2020

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ sejjaħlu “raġel li ftit ħafna kien hawn bħalu, dejjem bi kliem meqjus u li f’ħajtu ma jaf ikasbar jew iweġġa’ lil ħadd, ġentlom u għaqli.”

Il-Kulleġġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Said u għadda l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Il-Kulleġġ tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista jsellem lil Philip Said, eks kunsillier f'isem il-Partit…

Posted by Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista on Sunday, January 26, 2020