Imut Eddie Van Halen; kellu 65 sena

Eddie Van Halen
Ritratt: National Museum of American History

Read in English.

Tħabbret il-mewt tal-kitarrist leġġendarju Eddie Van Halen fl-età ta’ 65 sena. Huwa miet minn kumplikazzjonijiet minn kanċer fil-gerżuma. Hu kien ilu bil-kanċer għal dawn l-aħħar 10 snin.

Eddie Van Halen kien il-ko fundatur tal-grupp Van Halen fl-1972. Miegħu kien hemm ħuh Alex fuq id-drums, Michael Anthony fuq il-bass waqt li l-kantant kien David Lee Roth. Eddie Van Halen kien il-kittieb ewlieni tal-kanzunetti fuq l-album debutt tal-grupp fl-1978, liema album kien kisbilhom għarfien internazzjonali.

Fost is-suċċessi li kellhom niftakru Runnin’ with the Devil, Unchained, Hot for Teacher, Panama u Jump. Mat-tluq ta’ David Lee Roth, kien daħal minfloku Sammy Hagar.

Il-grupp kompla jikseb aktar suċċessi iżda fl-1983 Van Halen kien daqq bħala solista ma’ Michael Jackson għall-kanzunetta Beat It.

Fl-2007 Eddie Van Halen ġie rikonoxxut fir-Rock & Roll Hall of Fame. Sal-lum huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa kittaristi ta’ kull żmien.

Hu kien miżżewweġ lil Janie Liszewski u kellu tifel, Wolfgang, miż-żwieġ tiegħu mal-attriċi Valerie Bertinelli.