Imut Dun Karm Xerri, is-saċerdot ta’ Kemmuna għal 54 sena

dun-karm-xerri

Read in English.

Dun Karm Xerri, li serva bħala r-Rettur tal-Kappella ta’ Kemmuna għal 54 sena, miet fl-età ta’ 88 sena.

Dun Xerri twieled il-Furjana fit-2 ta’ Novembru, 1932, u għadda l-ewwel snin tat-tfulija tiegħu f’Ħal Tarxien u Raħal Ġdid qabel ma l-familja tiegħu marret tgħix il-Qala.

Ġie ordnat saċerdot fl-1961, mill-Isqof t’Għawdex Ġużeppi Pace, u laħaq Rettur tal-Kappella tar-Ritorn tal-Familja Mqaddsa mill-Eġittu f’Kemmuna f-1963. Kien sar ukoll surmast tal-Iskola Primarja ta’ Kemmuna li kienet għadha topera dak iż-żmien, u baqa jokkupa din il-kariga sal-1970.

Dun Xerri baqa’ jservi bħala s-saċerdot ta’ Kemmuna sa ma rtira fl-2017, meta l-gżira kien għad baqagħla biss 3 residenti permanenti. Minfloku nħatar il-Monsinjur Ġużeppi Attard, li għadu jokkupa l-kariga sal-lum.

Il-funeral ta’ Dun Karm se jiġi ċċelebrat fil-Knisja Arċipretali tal-Qala nhar it-Tlieta, fl-4pm.