Imut Derrick Otim, eks plejer tan-Nottingham Forest

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer ta’ Nottingham Forest Derrick Otim, fl-età ta’ 24 sena. Huwa miet wara li għereq fi xmara Keowee f’South Carolina, fl-Istati Uniti.

Otim dan l-aħħar iggradwa fl-università ta’ Xavier u hu mifhum li kien qed iżur xi ħbieb f’South Carolina. Ix-xmara li fiha għereq hi waħda li hi meqjusa bħala perikoluża u statistika turi li 32 persuna mietu fiha xi żmien 25 sena.

Il-klabb ta’ Nottingham Forest sellem il-memorja ta’ Otim permezz ta’ messaġġ fuq Twitter.

Riratt: Twitter

Otim kien jilgħab bħala midfielder u kien telaq mill-klabb fl-2015 biex seta’ jikkonċentra fuq l-istudji tiegħu fl-università ta’ Xavier.