Imut Derek Fowlds ta’ Yes Minister; kellu 82 sena

Derek Fowlds (1937 - 2020)

L-attur Ingliż Derek Fowlds miet kmieni llum fir-Royal United Hospital f’Bath, fir-Renju Unit. Hu kellu 82 sena. L-attur kien magħruf ma’ miljuni ta’ segwaċi madwar id-dinja tas-sensiela tal-BBC, Yes Minister. Kien jinterpreta lil Bernard Woolley.

Derek kien l-aħħar mill-protagonisti ta’ Yes Minister li kien għadu ħaj wara li kienu mietu wkoll Sir Nigel Hawthorne, li miet fl-2001, u Paul Eddington, li miet qabel fl-1995.

Is-serje satirika Yes Minister kienet inħadmet bejn l-1980 u l-1984, u wara kellha kontinwazzjoni fis-sensiela Yes, Prime Minister bejn l-1986 u l-1988.

Derek Fowlds (fuq wara) mal-kast ats-sensiela Heartbeat

Fowlds kien ħadem f’għadd ta’ produzzjonijiet oħra fosthom ukoll fis-sensiela Heartbeat. Huwa ħadem bħala Oscar Blaketon fl-istaġuni kollha li saru tul it-18-il sena li din is-sensiela damet tinħadem.