Imut Colin Muscat wara l-isplużjoni tal-kamra tan-nar

stock photo festa

Miet Colin Muscat, ir-raġel ta’ 36 sena mill-Mosta li ndarab fl-isplużjoni tal-kamra tan-nar tas-Salini.
Skont il-Grupp Ħidma San Publju, Muscat kien inkarigat min-nar tal-festa ta' San Publju.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li r-raġel ta' 36 sena miet illum.
L-isplużjoni seħħet ilbieraħ għall-ħabta tas-2.15pm  fil-kamra tan-nar Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar ta' San Ġwann.
Fuq il-post marru diversi uffiċjali tal-Forzi Armati ta' Malta, tal-pulizija, tal-protezzjoni ċivili, u mill-isptar Mater Dei.
Fi stqarrija maħruġa llum, il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.

Ritratt: Facebook