Imut Colin Bell, il-plejer leġġendarju ta’ Manchester City

Colin Bell
Colin Bell. Ritratt: Facebook/ManchesterCity

Colin Bell, plejer leġġendarju tal-Manchester City, miet il-bieraħ fl-età ta’ 74 sena wara marda li kienet ilha tkiddu għal żmien twil.  Kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers li qatt lagħbu mat-tim Ingliż u rebaħ l-akbar tliet unuri tal-futbol fl-Ingilterra kif ukoll kien parti mit-tim li rebaħ il-European Cup Winners’ Cup fl-1970.

Bħala rispett lejn Colin Bell il-lejla għal-logħba tal-Manchester City kontra Manchester United l-plejers kollha tas-City se jilagħbu bil-flokkijiet bin-numru 8 kif kienu meta Bell kien għadu jilgħab mat-tim.

Colin Bell, li kien midfielder, għamel 13-il sena jilgħab ma’ Manchester City u kien tant maħbub mas-supporters li wieħed mill-istands ta’ Etihad Stadium issemma għalih fl-2004 wara li kien lagħab 48 darba mat-tim nazzjonali Ingliż.

Il-plejer niżel għal 492 logħba mal-Manchester City fejn skorja 152 gowl.