​Imut ċiklist; intlaqat minn Malti bla liċenzja – Midja Pollakka

Żagħżugħ Malti ta’ 17-il sena qatel ċiklist meta tajjru bil-karozza tiegħu fil-Polonja fejn kien qed isuq mingħajr liċenzja.
Skont is-sit TVN Warszawa, l-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-5:00pm fi Bielawa qrib il-kapitali Varsavja.
Iż-żagħżugħ ġie arrestat.
Skont il-Kummissarju tal-Pulizija tar-reġjun, is-sewwieq aktarx tilef il-kontroll tal-karozza f’dawra u ħabat maċ-ċiklist. Iċ-ċiklist li għandu 77 sena miet fuq il-post.
Jidher li l-Malti ma kienx qed isuq taħt l-effett tax-xorb jew tad-droga.
Ritratt: TVN Warszawa