Imut Ċikku Fenech: Ir-raġel li ta ruħu b’idejh lill-Pulizija

Tħabbret il-mewt ta’ Ċikku Fenech li aktar minn 50 sena ilu kienu sfumaw fix-xejn it-tentattivi tal-Pulizija għat-tfittxija tiegħu, wara li hu stess ta lilu nnifsu lill-Pulizija.
Ċikku Fenech li hu mill-Mosta, u mlaqqam Ta’ Vanġiela, kien qatel lil ċertu Ċikku Vella fit-13 ta’ Ġunju, 1963.
Mingħajr ma qal lill-familjari fejn kien sejjer, ħarab minn daru, u għex għal xi ġimgħat fl-inħawi tal-Ġnejna.
Deskritt bħala bidwi dedikat, Ċikku Fenech kien involut f’diversi każi oħra fejn fost l-oħrajn, darba minnhom, anke kellu tilwima ma’ persuna oħra u spara lura biex jiddefendu lilu nnifsu.
Ta’ min jgħid li fil-ktieb ‘Ċikku Fenech, il-Qtil, il-Ħarba, il-Bidwi’, l-awtur magħruf Paul P. Borg jagħti ħarsa dettaljata lejn dak kollu li għadda minnu Ċikku.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-funeral ta’ Ċikku Fenech se jsir illum fis-2:15p.m. fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta.