Imut Chuck Berry – Leġġenda oħra tar-rock

Ix-xena tal-mużika dal-lejl bkiet membru ieħor minn tagħha – il-mużiċist Chuck Berry, li bil-kitarra tiegħu, fi żmien ir-rock ‘n’ roll tana kanzunetti memorabbli bħal Johnny B Goode, You Never Can Tell, Roll Over Beethoven, Back in the USA u ħafna aktar.
Berry miet f'daru stess fl-età ta’ 90 sena.
Il-pulizija tal-istat ta’ Missouri qalet li s-Sibt waranofsinhar issejħet biex tagħti l-għajnuna wara li l-mużiċist intilef minn sensih u ma bediex jirrispondi għall-ewwel għajnuna.
Chuck Berry kien imlaqqam bħala ‘crazy legs’ minħabba l-mod ta’ kif jiżfen u jiċċaqlaq. 
Ir-rivista Rolling Stones, inkludietu bħala wieħed mill-aqwa 100 artist li qatt eżista, wara l-Beatles, Bob Dylan, Elvis u r-Rolling Stones.