Imut bugħaddas fiċ-Ċirkewwa

Bugħaddas miet wara li sab ruħu f’diffikultà fiċ-Ċirkewwa għall-ħabta ta’ 11:45am.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li żewġ bugħaddasa li x’aktarx kienu parti minn grupp kienu qed jogħddsu fiċ-Ċirkewwa. Wieħed minnhom sab ruħu f’diffikultà u ttella’ l-art. Hu ngħata l-ewwel għajnuna min-nies li kienu hemm.
Il-bugħaddas, Ingliż ta’ 50 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni dwar il-każ.
Bħalissa fiċ-Ċirkewwa għaddejja ħidma mill-Pulizija minħabba theddida ta' bomba.