Imut bil-kanċer u jsalva żewġ persuni bid-donazzjoni tal-organi

Liang Yaoyi, tifel ta’ 11-il sena minn Shenzhen fiċ-Ċina miet wara li tilef il-ġlied kontra l-kanċer f’moħħu.
It-tobba ma setgħu jagħmlu xejn biex isalvawh u t-tifel kien jaf li ma kienx fadallu ħafna jiem ħajja.
Għalhekk b’sinjal kbir ta’ kuraġġ u qlubija flimkien mal-familja tiegħu ddeċieda li meta jmut jagħti b’donazzjoni l-organi biex ħaddieħor jgħix bl-għajnuna tiegħu.
Fiċ-Ċina d-donazzjonijiet tal-organi hija prattika relattivament ġdida tant li r-reġistru nazzjonali beda fl-2010.
Tmin sigħat wara l-mewt ta’ Liang, il-fwied u l-kliewi kienu diġa salvaw il-ħajja ta’ żewġ persuni.
Wara l-operazzjoni, t-tobba sellmu lil Liang tliet darbiet bħala sinjal ta’ rispett lejn dan it-tifel.
L-istazzjon Ċiniż CCTV ddeċieda li jirraporta bi prominenza l-istorja ta’ kuraġġ ta’ Liang Yaoyi.