​Imut ‘Big Frank’

Il-mexxej ta’ gruppi kriminali f’Soho fir-Renju Unit Frank Mifsud, magħruf ukoll bħala ‘Big Frank’, miet fl-età ta’ 91 sena.
Mifsud li kien għamel żmien bħala pulizija tat-traffiku, għex f’Soho. Hemm kien imexxi gruppi kriminali fejn għamel żmien jikkontrolla ħafna mill-istrip clubs ta’ Soho. Dawn ħadu fama bħala ċentru għall-prostituzzjoni u d-drogi.
Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet għamlet talba għall-informazzjoni dwar il-laqgħat li allegatament kienu saru bejn ‘Big Frank’ u Adrian Delia.
Mifsud miet il-Ħadd li għadda. Huwa kien miżżewweġ u kellu tlett itfal.
Fl-2014, il-Qorti kienet ordnat lil Mifsud biex jagħmel test tal-paternità biex jiġi determinat jekk kienx il-missier ta' mara li kienet qed tallega li hija t-tifla tiegħu.