Imut benefattur tal-missjunarji Maltin

Facebook

Ian Azzopardi, il-fundatur tal-Mission Fund, miet is-Sibt li għadda fl-età ta’ 58 sena. Azzopardi kien benefattur tal-missjunarji Maltin.

Huwa miet fl-Isptar Karin Grech.

F’kitbiet fuq Facebook huwa ġie mfakkar bħala raġel li għen lil ħafna nies u li dejjem kellu tbissima fuq fommu.

Huwa kien iben l-attriċi Connie Azzopardi u n-neputi tal-attriċi Ġemma Portelli.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar l-Erbgħa li ġej fit-8.30am fir-Rotunda fil-Mosta. Il-familja qed titlob li ma jingħatawx fjuri, imma minflok, jingħataw donazzjonijiet lill-Mission Fund.