​Imut Azeglio Vicini

L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan fis-snin 80 u 90 Azeglio Vicini miet fl-eta’ ta’ 84 sena.
Il-funeral tiegħu se jiġi ċċelebrat għada fid-Duomo ta’ Brescia, il-Belt Taljana fejn twieled.
Viċini kien kowċ ferm popolari fi żmien meta kien imexxi lit-tim nazzjonali Taljan u ħafna jiftakruh fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 li saret fl-Italja stess fejn kienu waslu sat-tielet post ta’ din il-kompetizzjoni kontinentali.
Hu ħa t-tmun tat-tim nazzjonali f’idejh wara l-era ta’ Enzo Bearzot fl-1986 u bħala plejer dam 13-il sena jilgħab ma’ Vicenza, Sampdoria u Brescia.