Imut anzjan pożittiv għall-coronavirus

Woman-wearing-face-mask-due-to-coronavirus-pandemic-7
Miguela Xuereb

Read in English.

Anzjan ta’ 72 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Hu diġà kellu kundizzjonijiet mediċi ulterjuri minbarra l-coronavirus.

Din l-għaxar mewta qed titqies bħala l-ewwel waħda f’dik li qed tissejjaħ it-tieni mewġa ta’ Covid-19 f’Malta.

Ir-raġel ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Awwissu u beda jingħata kura fl-Isptar St Thomas, u aktar tard ġie trasferit għall-Mater Dei.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.