Imut anzjan ieħor ta’ 67 sena bil-coronavirus

Read in English.

Anzjan ieħor ta’ 67 sena tilef ħajtu hu u jikkumbatti l-coronavirus.

Il-mewta ta’ dan l-anzjan hija t-43 mewta bil-Covid-19 f’Malta, li tħabbret jum biss wara l-mewt ta’ pazjent ieħor, ukoll ta’ 67 sena.

Il-Ministeru għas-Saħħa spjega li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-2 ta’ Ottubru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Ottubru. Huwa miet l-Isptar Mater Dei stess.

Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.