Imut anzjan ieħor bil-Covid-19

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjan ta’ 90 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-7 ta’ Settembru. Ġie trasferit fl-Isptar St Thomas fid-19 ta’ Settembru u trasferit lura l-Isptar Mater Dei ilbieraħ, 23 ta’ Settembru, fejn miet illum.

Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.