Imut anzjan ieħor bil-coronavirus

Medical staff wearing protective masks, glasses and suits treat patients suffering from coronavirus disease (COVID-19) in an intensive care unit at the Oglio Po hospital in Cremona, Italy March 19, 2020. REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata kura f’residenza tal-anzjani fejn kien jgħix u miet aktar kmieni llum.

Il-Ministeru qal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ilbieraħ mietu tliet anzjani oħra bil-Covid-19, żewġ nisa u raġel.

L-imwiet li tħabbru lbieraħ
Tlieta jmutu bil-Covid-19 f’Malta

Din il-ġimgħa rat numru rekord ta’ każijiet meta għall-ewwel darba kien hemm aktar minn 100 każ reġistrat f’24 siegħa. L-awtoritajiet qalu li nofshom kien ġejjin mid-dar tal-anzjani tal-Fgura.

Illum tħabbru 32 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 30 persuna. Il-każijiet fid-djar tal-anzjani, kulma jmur qegħdin jiżdiedu. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci qalet li fil-bidu tas-sajf, it-tendenza kienet li l-clusters kienu ġejjin minn avvenimenti tal-massa, iżda issa, l-maġġoranza tagħhom qegħdin fid-djar tal-anzjani.