Imut anzjan ieħor bil-coronavirus

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ieħor ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-8 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-17 ta’ Settembru, u miet aktar kmieni llum.

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Din kienet l-24 mewta f’Malta bil-coronavirus, wara li lbieraħ mietu żewġt irġiel.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali, u l-użu tal-maskra.