Anzjan illum miet bil-coronavirus biex sar il-65 vittma tal-Covid-19 f’Malta.
Huwa kellu 82 sena.
Il-Ministeru għas-Saħħa spjega li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei minn dar tal-anzjani fejn kien residenti fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
L-aħħar imwiet
2 anzjani jitilfu ħajjithom bil-coronavirus
Illum il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li 47 persuna mill-64 li mietu bil-Covid-19 sa dalgħodu kienu mietu bil-coronavirus prinċiparjament.