Imut anzjan bil-coronavirus

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 73 sena miet aktar kmieni llum waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

L-anzjan irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-18 ta’ Ottubru.

Dan kien it-53 vittma tal-coronavirus f’Malta wara li lbieraħ tħabbru l-imwiet ta’ żewġ anzjani oħra.