Imut Anthony J. Tabone, eks Chairman tal-Awtorità tax-Xandir

Ilbieraħ tard filgħaxija tħabbret il-mewt ta’ Anthony J. Tabone, eks Chairman tal-Awtorità tax-Xandir u wkoll eks Chairman tal-board tal-Public Broadcasting Services Ltd. (PBS). Huwa kellu 75 sena.

Għal numru ta’ snin is-Sur Tabone kien ukoll okkupa l-kariga ta’ uffiċjal għoli fit-tmexxija tal-kumpanija Simonds Farsons Cisk.

Is-Sur Tabone kien ukoll il-President Onorarju tas-Soċjeta’ Filarmonika Gran Mastru Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re.

Huwa baqa’ attiv fil-parroċċa Kristu Re’ ta’ Raħal Ġdid fejn kien għadu jokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-grupp organizzativ taċ-ċelebrazzjonijiet biex titfakkar it-twaqqif tal-bażilika. Huwa kien ukoll President Onorarju tas-Soċjeta’ Filarmonika Gran Mastru Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re kif ukoll President Onorarju tas-Soċjetà Mużikali La Stella Levantina ta’ Ħ’Attard.

Strieħ fis-Sliem.