Imut Anġlu ta’ Kemmuna

Miet ilbieraħ Anġlu Vella, wieħed mit-tlett residenti li jgħixu fuq il-gżira ta’ Kemmuna. Anġlu magħruf bħala Anġlu l-Venew kien magħruf ukoll bħala Anġlu ta’ Kemmuna. Anġlu kellu 74 sena. Huwa  kellu kumplikazzjonijiet fil-kliewi u kien jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa.

Anġlu twieled Kemmuna stess u qatta’ ħajtu jgħix fuq din il-gżira. Anġlu baqa’ jgħix ma’ ħutu fuq il-gżira ta’ Kemmuna allavolja kien qiegħed imur jingħata l-kura f’Għawdex. Il-familja Vella ilhom jgħixu Kemmuna għal 100 sena. Fis-sekli 16 u 17 Kemmuna serviet bħala post ta’ priġunerija jew ta’ eżilju għall-Kavallieri messaġġiera.

Il-funeral ta’ Anġlu ta’ Kemmuna se jsir għada s-Sibt 12 ta’ Diċembru. Il-quddiesa ħa tiġi ċċelebrata fil-Knisja Arċipretali ta’ Għajnsielem fl-4pm. Issa f’Kemmuna baqa’ jgħixu l-aħwa Vanġiela u Salvu Vella.

Anġlu Vella, Anġlu l Venew, maghruf aktar bhala Anġlu ta' Kemmuna, l ahbar hazina Tal llum ma rridiex thallini ninsa dak…

Posted by Silvio Buttigieg on Thursday, December 10, 2020