Imut Andrew Jack, attur ta’ Star Wars

Andrew Jack, attur Ingliżu kowċ tad-djalett li deher fil-films ta’ Star Wars miet bil-Covid-19. Huwa kellu 76 sena. L-aġent tiegħu Jill McCullough qalet  li l-attur kellu l-aktar vuċi ċara fid-dinja. Id-dispjaċir kbir għal Andrew Jack kien li ma setax jara lil martu fl-aħħar jiem tiegħu minħabba li kienet kwarantina fl-Awstralja. Fil-films ta’ Star Wars ħadem f’The Last Jedi u The ForceAwakens.

L-attur Greg Grunberg li ħadem miegħu fil-films ta’ Star Wars qal li kien iddisjaċut għall-mewt meta sar jaf bil-mewt ta’ Jack li ddeskrivah bħala ġentlom mill-isbaħ, b’talent u maħbub.

“Huwa wieħed mill-iktar nies tajbin li qatt ħdimt magħhom,” żied jgħid.

Andrew Jack, li kien jgħix fuq dar fuq ix-xmara Thames f’Londra, kien iħobb il-ħajja, ċajtier u jħobb iferraħ lil dawk ta’ madwaru. Dan l-aħħar kien qed jaħdem fuq il-film il-ġdid ta’ Batman.