Imut Andrew Dunbar ta’ Game of Thrones

Andrew Dunbar f'Game of Thrones

Ħarġet uffiċjali l-aħbar tal-mewt tal-attur Irlandiż Andrew Dunbar li kien il-body double għall-karattru ta’ Theon Greyjoy interpretat minn Alfie Allen fis-sensiela Game of Thrones.

Mhux magħruf kemm dan l-attur kellu żmien iżda hu mifhum li kien fit-Tletinijiet tiegħu. Huwa miet ħabta w sabta fid-dar tiegħu f’lejliet il-Milied iżda kien fl-aħħar sigħat li l-kelliema tal-attur għamlu l-aħbar uffiċjali.

Mhux magħrufa lanqas iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-mewt ta’ Dunbar

Andrew Dunbar kien jidħol flok Alfie Allen għal xeni perikolużi f’Game of Thrones

L-attur Alfie Allen li kien jaħdem fil-qrib ma’ Dunbar minħabba li dan kien jidħol minfloku fix-xeni l-aktar perikolużi wera s-sogħba tiegħu għall-mewt tal-kollega tiegħu.

Apparti fis-sensiela Game of Thrones, Dunbar kien ukoll jaħdem f’għadd ta’ sensiliet oħra bħal Krypton, Line of Duty u Derry Girls.