​Imut Andrea De Cesaris eks sewwieq tal-Formula 1

Andrea De Cesaris tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed isuq il-mutur tiegħu, fil-Grande Raccordo Anulare, li hi waħda mill-aktar toroq traffikużi li ddur mal-belt ta’ Ruma.
Andrea De Cesaris ta’ 55 sena, huwa eks sewwieq tal-Formula 1 bejn l-1980 u l-1994 ma’ Alfa Romeo, McLaren, Ligier, Minardi, Brabham, Rial, Scuderia Italia, Jordan, Tyrrell u Sauber.