Imut Sir Alan Parker; idderieġa Midnight Express f’Malta

Miet fl-età ta’ 76 id-direttur ċelebri Sir Alan Parker li f’pajjiżna kien idderieġa l-film Midnight Express. Parker kien ukoll f’Malta fl-2016 waqt il-Valletta Film Festival.

Nominat darbtejn għall-Oscar, Parker miet aktar kmieni wara nofsinhar, wara kumplikazzjonijiet minn marda li kien ilu jiġġieled. Mhux jingħataw dettalji dwar x’marda kellu.

Sir Alan Parker ħadem fuq numru kbir ta’ films fosthom Fame, Evita, Bugsy Malone, The Commitments, Angela’s Ashes u Birdy.

Id-direttur ċelebri kien miżżewweġ lil Lisa Moran-Parker. Huwa kien missier ta’ ħamsa u nannu ta’ seba’.