Imur ifittex il-ġisem ta’ Kristu

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Għada filgħodu, f’Ħadd il-Għid, l-istazzjon Taljan Canale 5 se jkun qed ixandar il-film Thomas. Dan se jintwera fl-8.45am.

Mathieu Carrière, María Grazia Cucinotta u Ricky Tognazzi huma l-interpreti ewlenin f’dan il-film li nħadem fl-2001. Jidher fih l-appostlu Tumas li baqa’ magħruf bħala wieħed li dejjem jiddubita.

Wara li Gesù Kristu jitniżżel minn fuq is-salib Tumas ma jkunx irid iħalli l-ġisem ta’ Kristu warajh għax jibda jibża’ li jkun hemm min jipprofanah. Iżda meta Marija Maddalena tinforma lid-dixxipli li Ġesù kien qam mill-mewt, Tumas jiddubita u jmur ifittex il-ġisem tiegħu.

Fi triqtu jiltaqa’ ma’ suldat Ruman li jieħdu fil-katakombi biex jurih il-kadavru imma minflok dak ta’ Ġesù jurih ta’ xi ħadd ieħor. Għalhekk imur jgħid lill-appostli l-oħra li ma kienx vera li Ġesù kien qam mill-imwiet.