Read in English.
Diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex għal xi ħin kienu bla provvista tal-elettriku minħabba ħsara fl-interconnector. Id-dawl inqata’ ftit qabel it-7.45pm.
Fi stqarrija ftit wara t-8pm, l-Enemalta spjegat li t-tekniċi għaddejjin b’ħidma biex biex il-provvista tal-elettriku tiġi lura għan-normal fl-iqsar ħin possibbli. F’uħud mil-lokalitajiet, fosthom Birkirkara, Ħaż-Żebbuġ u l-Ħamrun, id-dawl reġa’ ġie lura.
Kważi sena ilu, propju fis-26 ta’ Novembru tal-2019 diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex għamlu numru ta’ sigħat bla provvista tal-elettriku. Dakinhar, l-Enemalta qalet li l-qtugħ ġie kkawżat minħabba ħsara fl-interconnector, li wassal ukoll biex kellhom jiġu posposti xi operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei.
Dawn huma wħud mil-lokalitajiet fejn inqata’ d-dawl:
- Ħaż-Żebbuġ
- Is-Siġġiewi
- Ħ’Attard
- Il-Ħamrun
- Birkirkara
- Wied il-Għajn
- Swatar
- Ħal Balzan
- Qawra
- Ħal Lija
- Għargħur
- Naxxar
- Rabat
- Qala, Għawdex
- Ħad-Dingli