Imsebbħa l-fergħa ta’ GasanMamo Insurance f’Raħal Ġdid

GasanMamo Insurance reġgħet fetħet il-bibien tal-fergħa tagħha fil-qalba ta’ Raħal Ġdid.
Id-dehra l-ġdida nħolqot biex issebbaħ u fl-istess waqt ittejjeb l-esperjenza li jagħmlu l-klijenti tagħha meta jżuruha.  
Il-fergħa issa ġiet imqassma b’mod aħjar, b’karatteristiċi ġodda flimkien mal-aħħar teknoloġija u sistema modernizzata tal-IT.
“Raħal Ġdid hu ċentru ta’ attività  kummerċjali għall-komunità Maltija u l-uffiċċju tagħna qiegħed strateġikament fin-nofs ta’ din il-belt biex jipprovdi servizzi mill-aqwa lill-klijenti tagħna. Ir-restawr f’din il-fergħa sar skont l-aħħar innovazzjonijiet u jkompli jżid ma’ sensiela ta’ investimenti li l-kumpanija qed tagħmel biex ittejjeb l-operazzjonijiet tagħha”. qal Mark Mamo, General Manager ta’ GasanMamo Insurance.
Il-fergħa ta’ Raħal Ġdid tinsab f’124, Pjazza Antoine de Paul, Raħal Ġdid u toffri servizzi kontinwi mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u n-12:30pm u s-2:30pm u s-7pm kif ukoll is-Sibt bejn it-8:30am u nofsinhar.