Imqabba: Jaħarqu n-nar li fadal mill-festa

Aktar kmieni llum f'għalqa fl-Imqabba ħarqu n-nar li kien fadal mill-festa ta' Santa Marija fl-Imqabba ċċelebrata l-ġimgħa li għaddiet.

Dan ikkawża duħħan li deher minn diversi lokalitajiet oħra fosthom miż-Żurrieq, Ħal Far u Ħal Luqa.

Il-pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa' u li m'hemm l-ebda periklu.

Qalu wkoll li din hija proċedura li ssir kull sena wara l-festa. 

Ibgħat ir-ritratti fuq info@newsbook.com.mt