Iktar restrizzjonijiet ħorox f’partijiet tal-Ingilterra

Read in English.

Ġew abbandunati pjanijiet biex jitneħħew ftit mir-restrizzjonijiet imposti fuq ir-Renju Unit minħabba l-Covid-19, minn South-East England li jinkludu l-bliet ta’ Kent, Oxford, Southampton, Portsmouth u Brighton. Tneħħew biss restrizzjonijiet għall-ġurnata tal-Milied fil-kumplament tal-Ingilterra, Wales u l-Iskozja.

Minn nofsillejl li għadda, faxxa oħra ta’ miżuri msejħa ‘tier four’ qed jipprojbixxu taħlit ta’ familji fid-djar. Madanakollu fil-kumplament tar-Renju Unit, miżuri varjati jinkludu regolamenti għad-djar, li ġew imnaqqsa minn ħamest ijiem kif kien ippjanat għal ġurnata tal-Milied biss.

Lanqas laħaq spiċċa d-diskors tiegħu Boris Johnson, il-Prim Ministru Ingliż, li ma bediex eżodu mill-inħawi l-iktar milquta.

Il-President tal-AA Edmund King, qal li sa siegħa u nofs wara d-diskors ta’ Johnson, waslulu rapporti ta’ persuni jaqbdu taxis, karozzi jew jikru vetturi biex jaħarbu miż-żoni milquta qabel ir-restrizzjonijiet daħlu fis-seħħ f’nofsillejl.