Impossibbli li Muscat ma kienx jaf – oħt Daphne

Miguela Xuereb

Read in English.

Corinne Vella oħt il-ġurnalista assassinata qalet ma’ Euronews li huwa impossibbli li Muscat ma kienx jaf. Hija spjegat li Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba xogħolha u Keith schembri kien parti minn xogħolha.

Ma’ Euronews, Corinne qalet li Schembri kien wieħed mill-persuni investigati mill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia u Keith Schembri kien wieħed li ssemma fil-Qorti għalhekk huwa impossibbli li Joseph Muscat ma kienx jaf.

Vella qalet li hi taħseb kuljum f’oħtha l-aktar minħabba li huma jridu jissieltu biex issir ġustizzja.

Aktar kmieni llum, is-sensar Melvin Theuma kien qed iwieġeb f’kontro-eżami fil-Qorti. Huwa qal li Yorgen Fenech kien tah arloġġ Rolex għat-tifel tiegħu u xi deheb biex ibiegħu. Theuma qal li hu kien irritorna kollox lil Yorgen Fenech u qalli li ma riedx jagħmilha.