Attent: Tixtrix minn dawn il-prodotti!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku sabiex ma jikkunsmax il-prodotti tal-friża msemmija aktar l-isfel, għax hemm ċans li fihom il-mikrobu Listeria monocytogenes.

Il-ġimgħa l-oħra kienu diġà tħabbru żewġ prodotti tal-friża li jinbigħu fis-suq lokali li m’għandhomx jiġu kunsmati.

Id-direttorat qed jinforma lill-pubbliku li apparti minn dawn il-prodotti, hemm dawn li ġejjin;

  • Finecut Vegetable Steamers tad-ditta Waitrose (640g)
  • Frozen Mixed Vegetables tad-ditta Iceland (900g)
  • Tesco 4 Steam Bags Carrot, Broccoli & Sweetcorn (640g)
  • Tesco 4 Steam Bags Peas, broccoli, spinach & sweetcorn (640g)
  • Tesco 4 Growers Harvest Steam Bags Carrot, Peas & Sweetcorn (640g)
  • Tesco Mixed Vegetables with Red peppers (1kg)
  • Tesco Sweetcorn – Resealable (1kg)
  • Tesco Classic Mixed Vegetables – Resealable (1kg)
  • Tesco Growers Harvest Sweetcorn (907g)
  • Tesco Growers Harvest Mixed Vegetables (1.16kg)
  • Tesco Everyday Value Sweetcorn (907g)

Għal aktar informazzjoni, tista’ ċċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jew tibgħat imejl fuq mhi@gov.mt

Tista’ wkoll iżżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook.