“Importanti li jkun hemm aktar spazji għan-nies” – Pulè

Read in English.

In-nies tinteressahom l-effiċjenza biex jaslu minn post għall-ieħor, qal Konrad Pule, Maniġer Ġenerali tal-Malta Public Transport. Hemm 65% tan-nies li għandhom trasport privat iżda ġieli jużaw it-trasport pubbliku filwaqt li 70% ta’ dawk li jużaw it-trasport huma nies lokali. 

Pulè kien qed jitkellem waqt il-Business Breakfast organizzat minn Newsbook.com.mt.

Qal li huwa importanti li nnaqqsu l-bżonn li n-nies jivvjaġġaw. “Hemm ukoll bżonn għall-aktar spazju għan-nies biex jimxu jew jużaw ir-rota minn post għall-ieħor. Kieku l-ispazju fejn ikun hemm karrozzi pparkjati jintuża mod ieħor u l-karrozzi jkunu pparkjati taħt l-art inkunu għamilna progress”, qal il-kelliem.  

Konrad Pulè saħaq li aktar minn trasport pubbliku b’xejn in-nies iridu trasport aktar effiċjenti li jwasslek aktar malajr u għalhekk hemm bżonn użu aktar aħjar tal-ispazju.