Impjieg ġdid għal 25 persuna li għandhom iktar minn 45 sena

Bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena, 25 persuna ta’ iktar minn 45 sena bbenefikaw minn impjieg ġdid taħt il-Mature Workers’ Rules Scheme.
Għall-Mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, il-Ministru tax-Xogħol Evarist Bartolo spjega li f’dawn il-ħames xhur kien hemm 64 applikazzjoni taħt din l-iskema, li minnhom kienu eliġibbli 25.
L-iskema daħlet fis-seħħ fl-2014, biex min iħaddem, inkluż persuni self-employed, li jimpjegaw persuni li għandhom bejn il-45 u l-65 sena u li kien ilhom mill-anqas sitt xhur jirreġistraw għax-xogħol, ikunu jistgħu igawdu minn tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul.